UEFA Under 19 Tournament hosted in Malta between July 3rd-16th

Malta se tospita l-Fażi finali tal-Kampjonat UEFA ta’ taħt id-19-il sena

 

Dawk kollha li huma appassjonati tal-football, se jkunu attenti għal istillel emerġenti hekk kif Malta se tkun qed tospita l-Kampjonat UEFA ta’ taħt id-19-il sena bejn it-3 u s-16 ta’ Lulju 2023.

Dawn se jkunu ġimagħtejn eċitanti għall-pajjiżna hekk kif l-aħjar seba’ timijiet minn madwar l-Ewropa se jingħaqdu ma’ pajjiżna biex jikkompetu kontra xulxin biex wieħed minnhom jirbaħ il-logħba finali ta’ din il-kompetizzjoni li se ssir nhar il-Ħadd 16 ta’ Lulju.

Is-seba’ pajjiżi li se jikkompetu huma taħlita ta’ pajjiżi kkunsidrati ġganti tal-football bħall-Italja, Spanja u l-Portugall li magħhom jingħaqdu pajjiżi aspiranti bħall-Polonja, il-Greċja, in-Norveġja u Iżlanda li qegħdin f’din il-fażi għall-ewwel darba fl-istorja ta’ din il-kompetizzjoni.  Magħhom hemm ovvjament Malta li se jkunu qed jagħmlu minn kollox biex jagħmlu lill-pajjiżna kburi.

Il-poloz ta’ dan it-tournament ittellgħu nhar id-19 ta’ April fit-Teatru Manoel fil-Belt Valletta.  Malta se tkun qed tilgħab fi Grupp A flimkien mal-Italja, il-Polonja u l-Portugall.  Filwaqt li fi Grupp B wieħed isib l-Iżlanda, il-Greċja, in-Norveġja u Spanja.

“Aħna ninsabu preparati biex nospitaw din il-kompetizzjoni f’pajjiżna, liema kompetizzjoni se tkun qed isservi ta’ pjattaforma biex wieħed jesperjenza t-talenti emerġenti fil-Football Ewropew,” qal Bjorn Vassallo, President tal-Malta FA.

“Jien ninsab kunfidenti li dan it-tournament se jilħaq il-livelli mixtieqa fejn jidħol kwalità ta’ football, livell ta’ organizzazzjoni u emozzjonijiet hekk kif it-timijiet se jkunu qegħdin jissieltu biex wieħed minnhom ikunu nkurunat champion tal-Kampjonat UEFA ta’ taħt id-19-il sena.”

 

 

 

Kif jista’ wieħed jara l-logħbiet?

Malta se tibda din l-avventura kontra l-Italja.  Logħba ferm mistennija li se tkun qed tagħti bidu għal din il-kompetizzjoni nhar it-Tnejn 3 ta’ Lulju.   Fl-istess ġurnata l-Polonja jilagħbu kontra l-Portugall.

Fi Grupp B MD1 tinkludi n-Norveġja kontra l-Greċja u l-Iżlanda kontra Spanja li rebħu din il-kompetizzjoni tmien darbiet.

Iż-żewġ timijiet li jispiċċaw fl-ewwel żewġ postijiet tal-klassifika jgħaddu għas-semi-finali.

MATCHDAY 1

It-Tnejn 3 Ta’ Lulju Grupp A Il-Polonja vs l-Portugall (18:00, Stadium Tony Bezzina, Paola) Malta vs l-Italja (21:00, Stadium Nazzjonali, Ta’ Qali)

It-Tlieta 4 Ta’ Lulju Grupp B In-Norveġja vs l-Greċja (18:00, Stadium taċ-Ċentinarju, Ta’ Qali) L-Iżlanda vs spanja (21:15, Stadium taċ-Ċentinarju, Ta’ Qali)

MATCHDAY 2

Il-Ħamis 6 Ta’ Lulju Grupp A Il-Portugall vs l-Italy (18:00, Stadium taċ-Ċentinarju, Ta’ Qali) Malta vs l-Polonja (21:15, Stadium taċ-Ċentinarju, Ta’ Qali)

Il-Ġimgħa 7 Ta’ Lulju Grupp B Il-Greċja vs Spanja (18:00, Stadium ta’ Għawdex, Xewkija) L-Iżlanda vs n-Norveġja (21:00, Stadium Tony Bezzina, Paola)

MATCHDAY 3

Il-Ħadd 9 Ta’ Lulju Grupp A L-Italja vs l-Polonja (18:00, Stadium Nazzjonali, Ta’ Qali) Il-Portugall vs Malta (18:00, Stadium ta’ Għawdex, Xewkija)

It-Tnejn 10 Ta’ Lulju Grupp B Spanja vs n-Norveġja (21:00, Stadium Nazzjonali, Ta’ Qali) il-Greċja vs l-Iżlanda (21:00, Stadium Tony Bezzina, Paola)

IS-SEMIFINALI

Il-Ħamis 13 Ta’ Lulju 18:00, Stadium Tony Bezzina, Paola 21:00, Stadium Nazzjonali, Ta’ Qali

Fis-semifinali, ir-rebbieħa ta’ Grupp A se jilagħbu kontra dawk li spiċċaw fit-tieni post fi Grupp B u viċe-versa.  .

FINALI

Il-Ħadd 16 Ta’ Lulju 21:00, Stadium Nazzjonali, Ta’ Qali

 

Kont taf li?

Uħud mill-aqwa players tal-football li ħadu seheb f’din il-kompetizzjoni UEFA jinkludu:

L-Ingilterra: Michael Owen, Gary Neville, Sol Campbell, Frank Lampard, Paul Scholes, Harry Kane, Phil Foden, Jadon Sancho, Mason Mount

Franza: Mikaël Silvestre, William Gallas, Thierry Henry, David Trezeguet, Paul Pogba, Antoine Griezmann, Kingsley Coman, Kylian Mbappé

Repubblika Ċeka: Petr Čech

Il-Ġermanja: Mesut Özil, Joshua Kimmich, Manuel Neuer, Philipp Lahm

L-Italja: Gianluigi Buffon, Francesco Totti, Andrea Pirlo

L-Olanda: Patrick Kluivert, Clarence Seedorf, Frank de Boer, Frenkie de Jong

In-Norveġja: Erling Haaland

Il-Portugall: Luís Figo, Bernando Silva

Ir-Repubblika tal-Irlanda: Roy Keane, Robbie Keane

Spanja: Andrés Iniesta, Fernando Torres, David Silva, Sergio Ramos, Gerard Piqué, Juan Mata,Thiago Alcantara

 

Event Info

July 7, 2023 6:00 pm
July 9, 2023 6:00 pm

Location: Gozo Stadium Xewkija